Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Espressjoni ta' Interess minn fost Uffiċjali Pubbliċi u Impjegati tas-Settur Pubbliku biex jaħdmu sigħat addizzjonali bħala Programmatur tal-Microsoft Power Platform fil-Proġett JAMRAI2 tal-UE fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MHA/34/2026


    Impjegati tas-Servizz u tas-Settur Pubbliku  

    Definita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 15/05/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 29/05/2026 17:15

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
Ara d-dokument Annex B 
1. F’konformità mal-kunċett tal-mobilità tal-impjiegi, li jsaħħaħ l-esperjenza tat-tagħlim tal-individwu filwaqt li jindirizza l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku, il-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva qiegħed ifittex li jidentifika Uffiċjali Pubbliċi jew impjegati fis-Settur Pubbliku adatti biex iwettqu dmirijiet kif imsemmija hawn fuq, għal perjodu ta’ sena (1) , li jista’ jiġġedded għal aktar perjodi sa erba' (4) snin.

2. Il-kandidati magħżula għandhom, għall-perjodu li matulu jiġu assenjati dawn id-dmirijiet, ikunu responsabbli lejn il-Maniġer tal-Proġett lokali tal-EU JAMRAI2.

3. Il-perjodu ta’ assenjazzjoni għandu jitqies bħala “servizz fil-grad” għall-finijiet tal-kalkolu tat-tul tas-servizz, anzjanità, salarju, progressjoni u, fejn applikabbli, għall-finijiet ta’ pensjoni tat-Teżor. Il-prestazzjoni f’dawn id-dmirijiet tiġi wkoll rikonoxxuta fir-Record of Service (GP47).

4.1 Il-kandidati magħżula se jkomplu jirċievu s-salarju tal-grad sostantiv tagħhom għall-perjodu li matulu jkunu assenjati għal kwalunkwe wieħed mid-dmirijiet imsemmija hawn fuq.

4.2 Ix-xogħol kollu jeħtieġ li jsir wara l-ħinijiet tax-xogħol.

4.3 L-ammont ta’ sigħat maħduma, u l-post fejn se jsir ix-xogħol, għandhom jiġu stabbiliti bejn il-kandidat magħżul u l-mexxej tal-proġett JAMRAI.

4.4 L-applikant magħżul se jiġi remunerat bir-rata ta’ €25.12 fis-siegħa.

4.5 Il-kandidat magħżul irid jagħmel l-arranġamenti tiegħu/tagħha biex iwettaq dawn id-dmirijiet u huwa wkoll responsabbli biex jikseb l-approvazzjoni tal-Kap tad-Dipartiment tiegħu/tagħha.

Dmirijiet

5. L-uffiċjali eliġibbli huma għalhekk mistiedna jippreżentaw l-espressjoni ta’ interess tagħhom biex jiġu assenjati dmirijiet relatati mad-denominazzjonijiet imsemmija hawn fuq. Id-dmirijiet u r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà huma deskritti fl-Anness “A” u “B”. L-uffiċjali ssekondati/mislufin/detailed/deployed/on attachment ma’ Organizzazzjonijiet tas-Settur Pubbliku, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà meħtieġa, jistgħu japplikaw ukoll.

Eliġibbiltà

6. L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista biex jiġi evalwat jekk humiex adatti għal dawk id-dmirijiet li huma esprimew interess fihom. Il-kandidati magħżula jiġu assenjati fuq dmirijiethom skont l-eżitu ta’ tali valutazzjoni u skont l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku. 

7.1 Kull kwalifika u esperjenza dikjarata għandha tkun sostnuta b’ċertifikati u/jew testimonjanzi, li kopji tagħhom għandhom ikunu mehmuża mas-sottomissjoni tal-Uffiċjal. Kopji skennjati mibgħuta elettronikament huma aċċettabbli.

7.2 Iċ-ċertifikati u/jew it-testimonjanzi oriġinali jridu jintwerew waqt l-intervista mingħajr ebda eċċezzjoni.

7.3 L-applikanti għandhom jinkludu, fl-applikazzjoni tagħhom, CV li jinkludi lista ta’ xogħol preċedenti rilevanti u, fejn possibbli, eżempji qosra (eż., deskrizzjonijiet qosra, screenshots, jew links) ta’ soluzzjonijiet/proġetti mwassla, li jindikaw b’mod ċar ir-rwol tagħhom u l-għodod użati.

8. Bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-kwalifiki msemmija fil-paragrafi 8.2 u 8.3 hawn taħt, l-applikanti huma meħtieġa li jipproduċu dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent mill-Awtorita’ Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA), li għandha tinkiseb billi tiġi ppreżentata “Applikazzjoni għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki” online fuq (https://mfhea.mt/academic-qualifications/). Din id-dikjarazzjoni għandha tkun mehmuża mal-espressjoni ta’ interess u l-oriġinali ppreżentata fl-intervista.

8.1 Qabel ma jitolbu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent skont il-paragrafu 8.1 ta’ hawn fuq fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom, il-kandidati għandhom l-ewwel jikkonsultaw id-“Database tal-Kwalifiki ta' Malta” ta' l-MQRIC li tista’ tiġi aċċessata minn http://qualifications.ncfhe.gov.mt/#/dashboard. L-applikanti huma eżentati milli jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent kif imsemmi fil-paragrafu 8.1 jekk jippreżentaw kwalifiki elenkati f’din il-lista. Kopja ta’ din il-lista, inkluża l-kwalifika, għandha tiġi ppreżentata mill-applikant.

8.2 Mhumiex meħtieġa dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent mill-MQRIC fir-rigward ta’ kwalifiki maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ akkreditazzjoni ta’ Malta, li huma l-Università ta’ Malta, l-MCAST u l-ITS; jew kwalunkwe kwalifika Maltija li tkun ġiet akkreditata mill- MQRIC , li fuq iċ-ċertifikat tiddikjara: “L-Awtorita' Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla tqis dan iċ-ċertifikat bħala MQF ___”.

8.3 Fil-każ ta’ kwalifiki mhux koperti minn 8.2 u 8.3, l-applikanti għandhom jissottomettu d-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent kif deskritta fil-paragrafu 8.1. L-applikanti li ma jkollhomx tali dikjarazzjoni xorta jistgħu jissottomettu espressjoni ta’ interess, sakemm jissottomettu kopja tad-dikjarazzjoni lid-dipartiment/direttorat riċeventi hekk kif tkun disponibbli, u, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard minn erba’ (4) xhur mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti jistgħu jiġu vvalutati b’mod proviżorju filwaqt li jkunu għadhom qed jistennew l-ekwivalenza tal-MQRIC  tal-kwalifika/i tagħhom. Jekk ir-rapport tal-ekwivalenza jkun fin-negattiv jew ma jiġix ippreżentat fi żmien erba’ (4) xhur mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, tali applikanti jiġu skwalifikati mill-proċess tal-għażla. Barra minn hekk, soġġett għad-disponibbiltà tal-postijiet battala, l-inkarigu tal-assenjament ma jistax jiġi ffirmat qabel ma jiġi riċevut ir-rapport pożittiv tal-ekwivalenza mingħand l-MQRIC. 

9.   Ir-riżultat tal-proċess tal-għażla se jiġi ppubblikat mil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva u jkun esebit fuq in-notice board tal- Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva.

9.1 Petizzjonijiet li joġġezzjonaw għar-riżultat tal-proċess tal-għażla għandhom jaslu għand is-Segretarju Permanenti  fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat fuq [email protected].

Ministry / Department :

Diviżjoni tal-People Management

Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva

Contact Persons :

Ms. Maureen Mahoney

Direttur Ġenerali (People Management)

Address :

15, Palazzo Castellania

Triq Merkanti

Valletta VLT1171

Telephone :

+356 2299 2604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.