Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Espressjoni ta’ Interess minn fost l-Uffiċjali Pubbliċi biex jiġu assenjati dmirijiet bħala Senior Compliance Officer fid-Diviżjoni tan-Nies u Standards fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru

     Nru. ta' Referenza HR/OPM Ċirkulari Nru 10/2023


    Impjegati tas-Servizz u tas-Settur Pubbliku  

    Definita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 27/01/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 20/02/2023 17:15
    Ministeru: Uffiċċju tal-Prim Ministru
    Dipartiment: Diviżjoni dwar Nies u Standards

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A - Senior Compliance Officer 
Ara d-dokument Annex B - Senior Compliance Officer 
F’konformità mal-kunċett tal-mobilità tal-impjiegi, li jsaħħaħ l-esperjenza tat-tagħlim tal-individwu filwaqt li jindirizza l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku, is-Segretarju Permanenti (Nies u Standards) fid-Diviżjoni tan-Nies u Standards fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qiegħeda tfittex li tidentifika Uffiċjali Pubbliċi adatti biex iwettqu dmirijiet kif imsemmija hawn fuq, għal perjodu ta’ tliet (3) snin, li jista’ jiġġedded għal aktar perjodi. 

Il-kandidati magħżula għandhom, għall-perjodu li matulu jiġu assenjati tali dmirijiet, iwieġbu lill-Kap tad-Dipartiment fejn jiġu assenjati. 

Il-perjodu ta’ assenjazzjoni għandu jitqies bħala “servizz fil-grad” għall-finijiet tal-kalkolu tat-tul tas-servizz, anzjanità, salarju, progressjoni u, fejn applikabbli, għall-finijiet ta’ pensjoni tat-Teżor. Il-prestazzjoni f’dawn id-dmirijiet tiġi wkoll rikonoxxuta fir-Record of Service (GP47).

Dan l-inkarigu huwa suġġett għal perjodu ta' prova ta' sitt (6) xhur.

Il-livell ta’ responsabbiltà ta’ Senior Compliance Officer għandu jkun komparabbli ma’ Skala ta’ Salarju 7. Fil-każ ta’ kandidati magħżula li jkunu qed iservu ta’ uffiċjali pubbliċi, huma għandhom iżommu l-grad sostantiv tagħhom u s-salarju tagħhom jiġi miżjud sal-iskala ta’ salarju 7 għat-tul tad-dmirijiet tagħhom bħala Senior Compliance Officer.

Is-salarju biex taqdi dmirjiet ta’ Senior Compliance Officer huwa marbut ma' Skala ta' Salarju 7 li fis-sena 2023 huwa ta €27,697.53 fis-sena li jiżdied b’ €531.17 fis-sena sa massimu ta’ €30,884.55.

Wara ħames (5) snin il-livell ta' responsabbiltà jkun ekwivalenti għal Skala ta' Salarju 6 (€29,446.19 x €596.33 - €33,024.17 fl-2023) u s-salarju tagħhom jiġi miżjud sakemm jintlaħaq il-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 6.

Il-ħlas addizzjonali jitħallas fil-forma ta’ Cash Payment li għandu jitħallas ma’ kull paga waqt li l-Uffiċċjali Pubbliċi qed iwettqu dawn id-dmirijiet.

Uffiċċjali Pubbliċi li jkunu qed iwettqu d-dmirijiet ta’ hawn fuq għandhom ukoll ikunu intitolati għal allowance fissa ta’ 10% tas-salarju bażiku. Uffiċċjali Pubbliċi li m'għadhomx jaqdu dmirijiet fi ħdan it-Taqsimiet ta' Konformità għandhom jerġgħu lura għal-grad sostantiv u s-salarju korrispondenti tagħhom, iż-żidiet msemmija hawn fuq, u allowances għandom jieqfu.

L-Amministrazzjoni żżomm id-dritt li ttemm kwalunkwe arranġamenti jekk il-kandidati ma jwettqux dmirijiethom għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni.

Dmirijiet

L-uffiċjali eliġibbli huma għalhekk mistiedna jippreżentaw l-espressjoni ta’ interess tagħhom biex jiġu assenjati dmirijiet relatati ma’ waħda jew aktar mid-denominazzjonijiet imsemmija hawn fuq. Id-dmirijiet u r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà huma deskritti fl-Anness “A” u “B”. L-uffiċjali ssekondati/mislufin/detailed/deployed/on attachment ma’ Organizzazzjonijiet tas-Settur Pubbliku, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà meħtieġa, jistgħu japplikaw ukoll.

Eliġibbiltà

L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista biex jiġi evalwat jekk humiex adatti għal dawk id-dmirijiet li huma esprimew interess fihom. Il-kandidati magħżula jiġu assenjati fuq dmirijiethom skont l-eżitu ta’ tali valutazzjoni u skont l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku. 

Kull kwalifika u esperjenza dikjarata għandha tkun sostnuta b’ċertifikati u/jew testimonjanzi, li kopji tagħhom għandhom ikunu mehmuża mas-sottomissjoni tal-Uffiċjal. Kopji skennjati mibgħuta elettronikament huma aċċettabbli.

Iċ-ċertifikati u/jew it-testimonjanzi oriġinali jridu jintwerew waqt l-intervista mingħajr ebda eċċezzjoni.

Bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-kwalifiki msemmija fil-paragrafi 9.1 u 9.2 hawn taħt, l-applikanti huma meħtieġa li jipproduċu dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent mill-Awtorita’ Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA), li għandha tinkiseb billi tiġi ppreżentata “Applikazzjoni għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki” online fuq (https://mfhea.mt/academic-qualifications/). Din id-dikjarazzjoni għandha tkun mehmuża mal-espressjoni ta’ interess u l-oriġinali ppreżentata fl-intervista.

Qabel ma jitolbu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent skont il-paragrafu 9 ta’ hawn fuq fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom, il-kandidati għandhom l-ewwel jikkonsultaw id-“Database tal-Kwalifiki ta' Malta” ta' l-MFHEA li tista’ tiġi aċċessata minn http://qualifications.ncfhe.gov.mt/#/dashboard. L-applikanti huma eżentati milli jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent kif imsemmi fil-paragrafu 8.1 jekk jippreżentaw kwalifiki elenkati f’din il-lista. Kopja ta’ din il-lista, inkluża l-kwalifika, għandha tiġi ppreżentata mill-applikant.

Mhumiex meħtieġa dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent mill-MFHEA fir-rigward ta’ kwalifiki maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ akkreditazzjoni ta’ Malta, li huma l-Università ta’ Malta, l-MCAST u l-ITS; jew kwalunkwe kwalifika Maltija li tkun ġiet akkreditata mill- MFHEA, li fuq iċ-ċertifikat tiddikjara: “L-Awtorita' Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla tqis dan iċ-ċertifikat bħala MQF ___”.

Fil-każ ta’ kwalifiki mhux koperti minn 9.1 u 9.2, l-applikanti għandhom jissottomettu d-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent kif deskritta fil-paragrafu 9. L-applikanti li ma jkollhomx tali dikjarazzjoni xorta jistgħu jissottomettu espressjoni ta’ interess, sakemm jissottomettu kopja tad-dikjarazzjoni lid-dipartiment/direttorat riċeventi hekk kif tkun disponibbli, u, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard minn erba’ (4) xhur mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti jistgħu jiġu vvalutati b’mod proviżorju filwaqt li jkunu għadhom qed jistennew l-ekwivalenza tal-MFHEA tal-kwalifika/i tagħhom. Jekk ir-rapport tal-ekwivalenza jkun fin-negattiv jew ma jiġix ippreżentat fi żmien erba’ (4) xhur mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, tali applikanti jiġu skwalifikati mill-proċess tal-għażla. Barra minn hekk, soġġett għad-disponibbiltà tal-postijiet battala, l-inkarigu tal-assenjament ma jistax jiġi ffirmat qabel ma jiġi riċevut ir-rapport pożittiv tal-ekwivalenza mingħand l-MFHEA. 

Ir-riżultat tal-proċess tal-għażla se jiġi ppubblikat mis-Sezzjoni tal-People Management, Direttorat tal-Finanzi u Amministrazzjoni, Uffiċċju tal-Prim Ministru u jkun esebit fuq in-noticeboard tad-Diviżjoni tan-Nies u Standards fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Petizzjonijiet li joġġezzjonaw għar-riżultat tal-proċess tal-għażla għandhom jaslu għand is-Sezzjoni tal-People Management, Direttorat tal-Finanzi u Amministrazzjoni, Uffiċċju tal-Prim Ministru fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat.

Ministry / Department :

People Management Section, Finance and Administration Directorate, Office of the Prime Minister

Contact Persons :

Ms Eloise Magro, Ms Romina Brincat

Address :

Abuerge de Castille, Valletta

Telephone :

22001011, 22001016

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.