Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Pożizzjoni ta’ Segretarju Eżekuttiv fil-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 10/04/2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 10/04/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 24/04/2026 17:15
    Dipartiment: Diviżjoni għall-Gvern Lokali

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A 
Ara d-dokument Annex B 
1. Id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali fi ħdan il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, jixtieq jidentifika persuni idoneji li jistgħu jiġu rakkomandati biex jokkupaw il-Pożizzjoni ta’ Segretarju Eżekuttiv fill-Kunsilli Lokali/Reġjonali elankati f'Annex B. 

3. Ir-rimunerazzjoni li ġejja bbażata fuq l-iskali tas-salarji tas-Servizz Pubbliku, u skont ir-Regolament 4(2) tar-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani) (Leġislazzjoni Sussidjarja 363.20), għandha titħallas lis-Segretarji Eżekuttivi fil-Kunsilli Lokali/Reġjonali.

3.1 Fejn id-daqs tal-Kunsill huwa:

i. 9 sa 13-il membru, mhux aktar mill-massimu ta’ Skala 5
ii. 7 membri, mhux aktar mill-massimu ta’ Skala 6
iii. 5 membri u Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Reġjonali, mhux aktar mill-massimu ta’ Skala 7.

3.2 Persuni impjegati bħala Segretarji Eżekuttivi għall-ewwel darba, jitħallsu bit-tieni livell taħt il-massimu tal-iskala rispettiva. Is-Segretarji Eżekuttivi li jkollhom il-kuntratt tagħhom imġedded mill-istess Kunsill, ma jkunux suġġetti għall-ebda żmien ta’ prova.

3.3 Segretarju Eżekuttiv li l-kuntratt tiegħu mal-Kunsill jiġi tterminat u jidħol f’kuntratt ġdid ma’ Kunsill differenti, għandu jkun suġġett għal perjodu ta’ prova ta’ sena u għandu jitħallas il-massimu tas-Skala ta’ Salarju relattiva.

3.4 Segretarju Eżekuttiv huwa intitolat ukoll għal benefiċċji kif elenkat:

i. Performance Bonus sa massimu ta’ 15% skont il-policy u l-proċeduri fis-seħħ minn żmien għal żmien u suġġett ukoll għal prestazzjoni sodisfaċenti (sa 10% determinat mill-Kunsill u sa 5% ieħor determinat mil-LGD);
ii. Disturbance Allowance ta’ €1,500 fis-sena għal Skala ta’ Salarju 5, u €1,000 fis-sena għal Skali ta’ Salarju 6 u 7;
iii. All-inclusive Communication Allowance ta’ €815 fis-sena;
iv. All-inclusive Transport Allowance ta’ €1,000 fis-sena.

3.5 Fil-każ ta’ uffiċjali pubbliċi/impjegati tas-Settur Pubbliku, dawn huma intitolati li:

i. Iżommu d-drittijiet kollha li jgawdu fis-Servizz Pubbliku/Settur Pubbliku matul il-perjodu tal-ingaġġ mal-Kunsilli Lokali/Reġjonali;
ii. Iżommu s-substantative grade/indefinite status tagħhom mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew entità tas-Settur Pubbliku li kienu impjegati magħha;
iii. Ikollhom il-perjodu tal-ħatra tagħhom bħala Segretarju Eżekuttiv meqjus bħala ‘Service in the Grade’ għall-fini tal-komputazzjoni tat-tul tas-servizz, anzjanità, salarju, progressjoni u, fejn applikabbli, għal skopijiet tal-pensjoni tat-Teżor.

Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Segretarju Eżekuttiv jinsabu fl-'Annex A' ma’ din iċ-Ċirkolari. 


Postijiet Vakanti Attwali fi ħdan il-Kunsilli


5. Il-lista li turi l-postijiet vakanti attwali fi ħdan il-Kunsilli u l-iskala tal-paga rispettiva tinsab f'Annex B ma' din iċ-Ċirkulari. L-applikanti jiġu kkunsidrati wkoll biex jimlew kwalunkwe vakanza futura f’din il-pożizzjoni fil-Kunsilli kif jista’ jinqala’.

Eliġibbiltà

6.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta ’din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:

i. Ċittadini ta’ Malta;
ii. Profiċjenti u kapaċi jikkomunikaw b ’mod effettiv kemm verbalment kif ukoll bil-miktub bil-lingwa Maltija u Ingliża.

U

iii a. Fil-pussess ta’ Masters degree rikonoxxut fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 90 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) fil-Business Administration jew Management jew f’ oqsma relevanti kif determinat mill-Management.

*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet talklawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l- Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS.

JEW

b. Fil-pussess ta’ Degree Baċellerat rikonoxxut f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) fil-Business Administration jew Management jew f’oqsma tas-suġġetti relevanti kif determinat mill-Management b’sentejn (2) esperjenza ta’ xogħol relevanti.

*Kwalifika ta' Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 taddokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita` ta' Malta (mogħtija qabel 2009) b'inqas minn 180 krettu ECTS hija aċċettabli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Univerista`ta' Malta li l-ammont ta' xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta' 180 krettu ECTS.

JEW

c. Fil-pussess ta’ Diploma rikonoxxuta f’livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 60 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) fil-Business Administration jew Management jew f’oqsma rilevanti kif determinat mill-Management b’ (5) snin esperjenza ta’ xogħol relevanti.

*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 60 ECTS krettu, hekk kif applikabli, hija aċċettata biss suġġetti għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet talklawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali).

JEW

d. Fil-pussess ta ’kwalifika rikonoxxuta fil-livell 4 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 120 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) fil-Business Administration jew Management jew f’oqsma tas-suġġetti relevanti kif determinat mill-Management b’seba’ (7) snin esperjenza ta’ xogħol rilevanti.

*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 120 krettu ECTS, kif applikabbli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet talklawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali).

JEW

e. Uffiċjali Pubbliċi fi Skali ta’ Salarju 5 sa 7 (iż-żewġ skali inklużi) u impjegati fis-settur Pubbliku f’livell komparabbli ta’ responsabbiltà.

JEW

f. Uffiċjali pubbliċi fi Skali ta’ Salarju 8-11 (iż-żewġ skali inklużi) u impjegati fis-settur Pubbliku f’livell komparabbli ta’ responsabbiltà, bi tliet (3) snin esperjenza ta’ xogħol relevanti.

iv. Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni jridu jiġu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/career stream differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni aktar baxxa anke jekk ma tkunx ikkonfermata u jekk tkunx fl-istess stream jew le.

6.2 (i) kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhumiex approvati għall-kwalifika speċifikata f ’paragrafu 6.1 jew kif indikat f’ paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MLT.pdf xorta jiġu kkunsidrati sakemm jissottomettu evidenza li qegħdin fl-aħħar fażi tal-kors tagħhom li jwassal għal tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jiksbu, jew jiġu approvati, għall-għoti ta’ tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk din l-iskadenza stipulata għall-kisba ta’ din il-kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra tiġi, għal din ir-raġuni, terminata awtomatikament.

(ii) Barra minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell ogħla tal-MQF minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’ suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell meħtieġ tal-MQF, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC jew awtoritajiet maħtura oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-link hawn taħt).

(a) il-perjodu ta’ prova u l-intitolament ta’ progressjoni (skont il-każ) jibdew jgħoddu mid-data tal-ħatra.

(b) dawk il-persuni maħtura ma jibbenifikaw mill-ebda allowance sakemm jiksbu jew jiġu approvati għall-kwalifika indikata msemmija fi klawsola 6.1 jew 6.2.

6.3 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw minnufih lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat ikun għadu ma ġiex ippubblikat, f ’liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew lit-taqsima tar-Riżorsi Umani fi ħdan il-ministeru/dipartiment li jkun ħareġ is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppubblikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tagħhom sad-data tal-għeluq, jew malli jissejħu għall-ħatra bħala riżultat, ta’ din is-sejħa għall-applikazzjoni, skont il-każ. In-nuqqas ta’ osservanza ta’ din l-istruzzjoni jista’ jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla se jitlob lill-kandidat jiddikjara kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

Ministry / Department :

Ministeru għal Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

Contact Persons :

Unit tar-Riżorsi Umani 

Address :

 26, Triq l-Arċisqof il-Belt Valletta

Telephone :

 20908600

Email address :

[email protected] 

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.