Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Pożizzjonijiet Vakanti ta' Headship

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari UPM Numru 5/2026


    Servizz Pubbliku u Pubbliku Ġenerali   

    Definita  

    Pożizzjonijiet ta' Kapijiet
    Data ppubblikata: 17/04/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 04/05/2026 17:15
    Ministeru: Uffiċċju tal-Prim Ministru
    Dipartiment: Diviżjoni dwar Nies u Standards

Konnessjoni
Ara d-dokument Ċirkulari tal-UPM Nru. 5/2026 
Ara d-dokument OPM Circular No 5/2026 
Ara d-dokument Appendix 'A' to OPM Circular No 5/2026 

Required Documents

Certificates
Ċertifikat tal-Kondotta/GP47  
Il-Kumitat Konsultattiv għal Ħatriet Anzjani (SAAC) jixtieq jidentifika uffiċjali pubbliċi/ impjegati pubbliċi xierqa li jistgħu jiġu rakkomandati biex jimlew pożizzjonijiet fis-Servizz Eżekuttiv fi grad ogħla hekk imsejjaħ ‘Headship Positions1’ fi grad 4 (Skala ta’ Salarju 4), murija fil-lista mmarkata Appendiċi A mehmuża maċ-Ċirkulari. Il-ħatriet għandhom isiru abbażi ta’ ftehim għal perjodu ta’ erba’ snin u jkunu suġġetti għal perjodu ta’ prova ta’ sena.


1Headship Positions jinkludu Kapijiet ta’ Dipartimenti u Uffiċjali oħra b’ poteri statutorji li huma mniżżlin fit-tieni taqsima tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (CAP 595), kif ukoll pożizzjonijiet oħra ta’ Diretturi Ġeneral jew Diretturi li mhumiex imniżżlin. 

Pożizzjoni
Qasam
Skala
Director
(Leadership Development), Institute for the Public Services, People & Standards Division, OPM*
4
Skala ta' salarju 4.

Dmirijiet

Il-position description għal pożizzjoni maħruġa tista’ tkun aċċessata minn din il-<ħolqa>.

Eliġibbiltà

Eliġibbiltà (Impjegati tas-Servizz Pubbliku)

Appendiċi A - Uffiċjali oħra b’poteri statutorji li huma mniżżlin fit-tieni taqsima tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u pożizzjonijiet oħra ta’ Direttur Ġenerali jew Direttur li mhumiex imniżżlin

Biex ikunu eliġibbli għal dawn il-pożizzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu:

(a) Uffiċjali pubbliċi għolja bi grad sostantiv ikkonfermat attwali jew preċedenti fi Skala 7 jew ogħla ;jew

(b) Uffiċjali pubbliċi għolja li servew għal total aggregat ta’ erba’ (4) snin fis-Servizz / Settur Pubbliku f’pożizzjonijiet kklassifikati fi Skala 7 jew ogħla, u

(c) Profiċjenti u kapaċi jikkomunikaw b’mod effettiv kemm verbalment kif ukoll bil-kitba kemm bil-lingwa Maltija kif ukoll bil-lingwa Ingliża.

Eliġibiltà (Applikanti minn barra s-Servizz Pubbliku)

Dawk eliġibbli għal din il-pożizzjoni jridu jkunu:

(a) sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu ċittadini Maltin;

(b) l-applikanti jrid ikollhom record ippruvay ta’ esperjenza aggregate ta’ erba’ (4) snin fil-livell ta’ tmexxija għolja komparabbli ma’ dik ta’ pożizzjonijiet klassifikati fi skala 7 jew ogħla fis-Servizz Pubbliku flimkien ma’ livell MQF 6 jew ogħla f’oqsma relatati;

(ċ) l-applikanti jridu jippreżentaw ċertifikat tal-kondotta riċenti maħruġ mill-Pulizija jew awtorità kompetenti oħra mhux qabel xahar mid-data li tkun ħarġet din is-sejħa għall-applikazzjonijiet u jgħidu jekk qatt kinux impjegati fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, u jagħtu d-dettalji; u

(d) kapaċi jikkomunikaw tajjeb bil-kliem u bil-kitba bl-ilsien Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Uffiċjali li preżentament jokkupaw kariga ta’ Kap u li servew mill-inqas sena mit-terminu tal-Performance Agreement attwali jistgħu japplikaw għall-pożizzjoni msemmija f’dan l-avviż, kemm-il darba jkunu ssodisfaw il-ħtiġiet ta’ eliġibbiltà pertinenti. Il-kriterju li wieħed irid ikun għamel minn tal-inqas sena mit-terminu tal-Performance Agreement attwali ma japplikax għal min ikun ser japplika f’pożizzjoni ogħla.
Ministeru/Dipartiment:Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni
Persuna lil min tikkuntattja:Sra Paula Zahra
Indirizz:
Management Support Directorate
Uffiċċju tal-Prim Ministru
Berġa ta' Kastilja
Il-Belt Valletta - VLT- 1061
Numru tat-telefon:2200 1510
Imejl:[email protected]


  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.