Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | English |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1.1 L-Istitut għas-Servizzi pubbliċi (IPS) qed ifittex li jidentifika studenti xierqa minn barra s-Servizz Pubbliku li qed isegwu kors fuq bażi full-time li jwassal għal Bachelor of Science fl-IT akkreditat f’livell 6 tal-MQF (minimum 180 ECTS) mal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST), l-Universita’ ta ’Malta (UoM) jew kwalunkwe Istituzzjoni oħra rikonoxxuta ta’ Edukazzjoni Ogħla fil-korsijiet li ġejjin:
1. Bachelor of Science (Honours) in Computer Systems and Networks
2. Bachelor of Science (Honours) in Software Development
3. Bachelor of Science (Honours) in Creative Computing
4. Bachelor of Science (Honours) in Cybersecurity
5. Bachelor of Science (Honours) in Applied Data Sciences
6. Bachelor of Science (Honours) in Multimedia Software Development
7. Bachelor of Science (Honours) in Business Analytics
8. Bachelor of Science Hons in Computing Science
9. Bachelor of Science IT Hons in Artificial Intelligence
10. Bachelor of Science Hons in Computer Engineering
11. Bachelor of Science IT Hons in Computing and Business
12. Bachelor of Science IT Hons in Software Development
1.2 Il-kors jinkludi lezzjonijiet fil-klassi u work placement fi ħdan is-Servizz Pubbliku ta’ Malta f’oqsma relatati mal-kontenut tal-kors. L-applikanti magħżula li jiggradwaw fil-Bachelor of Science fl-IT jinħatru Systems Administrator jew Systems Analyst fi Skala ta’ Salarju 8 fi ħdan wieħed mid-diversi Ministeri fis-Servizz Pubbliku, suġġett għat-termini, kundizzjonijiet u benefiċċji stipulati f’ din iċ-ċirkolari.
Salarju
2.1 Il-kandidati li jintgħażlu għall-IPS Student Scheme li qed isegwu kors li wassal għal Bachelor of Science fl-IT jidħlu fi studju u work placement fi ħdan is-Servizz Pubbliku ta’ Malta skont struzzjonijiet mogħtija mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi.
2.2 L-uffiċjali magħżula ma jkunux ikkunsidrati bħala Uffiċjali Pubbliċi qabel il-ħatra fil-grad ta’ Systems Administrator jew Systems Analyst.
2.3 Ir-remunerazzjoni hija b’ rata fis-siegħa tal-minimu ta’ Skala ta’ Salarju 10 (€25,570.98 fl-2025) għat-tul tal-kors. Bonus u income supplement ikunu fuq bażi prorata skont l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali u leġiżlazzjoni oħra rilevanti. Din ir-remunerazzjoni ma taffettwax id-dritt tal-istudent għall-istipendju.
2.4 Il-kandidati li jirnexxu għandhom jiddiskutu l-iskeda tax-xogħol tagħhom mal-Maniġers tal-linja tagħhom abbażi tal-kriterji li ġejjin: • Ottubru sa Ġunju – Minimu 8 sigħat sa massimu ta' 30 siegħa fil-ġimgħa • Lulju sa Settembru – Minimu ta' 30 siegħa sa massimu ta' 39 siegħa fil-ġimgħa
2.5 Il-kandidati jintgħażlu waqt li jkunu qed isegwu l-kors u jiġu assenjati dmirijiet f’oqsma li huma relatati mal-kors li jkun qed jiġi segwit. Dan se jipprovdi lill-kandidati l-opportunita’ li jiġu sorveljati filwaqt li japplikaw l-għarfien akkademiku tagħhom f’ambjent ta’ xogħol prattiku waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom
2.6 Il-work placement isir matul is-sena skolastika kollha skont it-tfassil tal-kors, u waqt il-vaganzi akkademiċi tas-sajf. Il-vacation leave jista’ jittieħed biss waqt il-work placement. Il-leave minħabba mard u vacation leave jiġi kkalkulat fuq bażi pro-rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma.
2.7 Sakemm idum il-kors, l-IPS u l-MCAST, l-UoM, jew kwalunkwe Istituzzjoni oħra rikonoxxuta ta’ Edukazzjoni Ogħla se jikkollaboraw biex jaqsmu informazzjoni dwar l-istudji u l-prestazzjoni tal-istudenti.
2.8 Matul il-perjodu tal-work placement, l-applikanti jkunu intitolati għal leave ta’ studju mhux imħallas u jistgħu ma jattendux għax-xogħol għal mhux aktar minn erbat (4) ijiem ta’ xogħol qabel kull eżami.
2.9 Wara li jkunu temmew b’suċċess il-kors u jkunu kisbu l-Bachelor of Science fl-IT, u sabiex tiġi żgurata progressjoni xierqa fil-karriera, il-kandidati jinħatru bħala Systems Administrator jew Systems Analyst fil-livell ta’ responsabbiltà ta’ Skala ta’ Salarju 8 (€28,792.02 x €486.83 – €31,713.00 in 2025) u jiġu assenjati biex jaqdu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku skont l-ordni tal-mertu. Il-post ta’ Systems Administrator jew Systems Analyst jinkludi progressjoni fl-ewwel snin ta’ servizz
2.10 Dawk l-applikanti li ma jiksbux il-kwalifika sħiħa f’Llivell 6 tal-MQF, iżda madankollu, jiksbu kwalifika ekwivalenti għal Livell 5 tal-MQF (b’minimu ta’ 60 krettu ECTS) xorta jkunu eliġibbli biex ikunu parti mill-Klassi tal-ICT u jinħatru bħala Senior ICT Support Officer fi Skala ta’ Salarju 11 (€22,642.98 x €375.17 - €26,290.00 fl-2025).
2.11 Is-Systems Administrator/Systems Analyst/Senior ICT Support Officer ikun intitolat ukoll għal dawk il-benefiċċji u dawk il-kundizzjonijiet u obbligi kif stipulat fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-Uffiċjali li jaqgħu taħt il-Kundizzjonijiet tax-xogħol għal Uffiċjali fil-Klassi tat-Information and Communications Technology (ICT)
2.12 Il-ħatra ta’ Systems Administrator jew Systems Analyst hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena (1), waqt li l-ħatra ta’ Senior ICT Support Officer hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur. Il-ħatriet huma fuq bażi full-time u huma suġġetti għar-regoli u r-regolamenti li jirregolaw is-Servizz Pubbliku ta’ Malta u jinvolvu l-possibilita’ li jiġu trasferiti fi ħdan is-Servizz Pubbliku biex jiġi żgurat li s-servizz jingħata b’ mod effettiv.
2.13 Waqt il-work placement, il-persuni maħtura, jiġu kkuntattjati mill-Istitut għas-Servizzi pubbliċi biex itemmu l-programm ta’ induzzjoni applikabbli.
2.14 Għandu jiġi nnutat li l-IPS Students ma jistgħux ikomplu l-avvanz akkademiku tagħhom lil hinn mil-livell 6 tal-MQF permezz ta ’din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
2.15 Għal korsijiet li jeħtieġu komponent ta’ apprendistat, il-kandidati magħżula jagħmlu l-imsemmi perjodu ta’ apprendistat waqt il-work placement tagħhom fi ħdan is-Servizz Pubbliku, skont ir-regolamenti u l-obbligi msemmija fl-Att dwar Tagħlim ibbażat fuq ix-Xogħol u l-Apprendistat. It-tlestija b’suċċess tal-apprendistat hija rekwiżit obbligatorju għal dawn il-kandidati, u s-sigħat kollha maħduma matul il-work placement jiġu kkreditati lejn l-apprendistat tagħhom.
2.16 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post/pożizzjoni li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan- notifika tal-ħatra.
2.17 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il- kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
Il-kandidati jintgħażlu waqt li jkunu qed isegwu l-kors u jiġu assenjati dmirijiet f’oqsma li huma relatati mal-kors li jkun qed jiġi segwit. Dan se jipprovdi lill-kandidati l-opportunita’ li jiġu sorveljati filwaqt li japplikaw l-għarfien akkademiku tagħhom f’ambjent ta’ xogħol prattiku waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom.
Eliġibbiltà
3.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
i. a. ċittadini ta’ Malta; jew
b. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
c. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
d. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
e. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal- membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal- 2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
f. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill- Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal- Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii. ikunu profiċjenti fil-lingwa Ingliża;
U
iii. L-applikanti jridu jkunu rreġistrati bħala studenti full-time mal-MCAST, l-UoM jew kwalunkwe Istituzzjoni oħra ta’ Edukazzjoni Ogħla rikonoxxuta u li qed isewgu wieħed mill-korsijiet imsemmija f’ sezzjoni 1.1.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
| Ministry - Department: | Office of the Prime Minister - Institute for the Public Services |
| Contact Person: | Mr Adrian Micallef |
| Address: | San Salvatore Bastion, Sa Maison Road, Floriana |
| Telephone: | 2200 1884 |
| Email: |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.